Proġett artistiku komunitarju ffinanzjat mill-VOPS bil-għan li l-kreattività tgħaqqad lill-komunitajiet

Aqra wkoll

Ingħata bidu għal taħriġ interattiv għaż-żgħażagħ, fuq inizjattiva tal-għaqda taż-żgħażagħ Generation Change? bil-għan li ssaħħaħ il-parteċipazzjoni attiva fil-ħajja komunitarja. Dan il-proġett, bl-isem ‘EcoJam – Where creativity connects communities’ huwa ffinanzjat mill-Voluntary Organisations Projects Scheme (VOPS) tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat (MCVS).

Permezz ta’ dan il-proġett, il-parteċipanti għandhom l-opportunità li jitgħallmu ħiliet ġodda, jikkollaboraw ma’ sħabhom, u jikkontribwixxu għal għan komunitarju. Dan ser iseħħ billi flimkien joħolqu strumenti mużikali u riżorsi minn materjal riċiklat. Ħafna mill-materjal ser jinġieb mill-komunità stess, bħal oġġetti antiki li wieħed isib fid-dar, li mbagħad ser jintużaw biex jinħolqu spazji għall-mużika u l-kreattività f’komunitajiet differenti. F’dawn l-ispazji mbagħad ser jipparteċipaw tfal, żgħażagħ, u residenti biex jesploraw mużika u espressjoni artistika, jesprimu l-kreattività, u jaħdmu flimkien f’ambjent inklussiv.

Il-proġett huwa maqsum fi tliet fażijiet, dak ta’ tnax-il workshop għall-bini tal-ħiliet, sitt workshops għall-implimentazzjoni, u fl-aħħar nett tliet attivitajiet komunitarji.

Fi żjara waqt waħda minn dawn il-workshops fil-Belt Valletta, il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia Farrugia, spjegat kif “il-Gvern qed ikompli juri b’mod konkret il-prijorità li jagħti lis-settur volontarju billi jkompli jsaħħaħ l-investiment f’għaqdiet li qed jagħmlu differenza reali fil-komunitajiet tagħna. Inizjattivi bħal EcoJam juru kif, bl-appoġġ tal-Gvern, iż-żgħażagħ jistgħu jkunu protagonisti fil-ħolqien ta’ komunitajiet aktar kreattivi u inklussivi. Dan huwa l-mudell ta’ soċjetà li rridu nkomplu nibnu, fejn il-volontarjat, l-parteċipazzjoni u l-innovazzjoni jimxu id f’id għall-ġid ta’ kulħadd,” temmet tgħid il-Ministru. 

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-MCVS, Mauro Pace Parascandalo, irringrazzja lill-Youth workers u lill-voluntiera tal-għaqda li permezz tagħhom qiegħed iseħħ dan il-proġett. “Huwa dejjem ta’ pjaċir li naraw attivitajiet, permezz tal-fondi tal-Kunsill, minn għaqdiet li jsaħħu komunitajiet lokali u li jżidu l-ħiliet, f’dan il-każ kreattivi”.

Christian Mizzi, Youth Worker fl-għaqda Generation Change? spjega li l-proġett Eco Jam juri r-rwol importanti li għandu x-xogħol taż-żgħażagħ fl-appoġġ lit-tfal u ż-żgħażagħ biex jitgħallmu, jikbru u jikkontribwixxu b’mod pożittiv għall-komunitajiet tagħhom. Permezz tal-edukazzjoni, spjega, il-ħaddiema taż-żgħażagħ jiggwidaw lill-parteċipanti fi vjaġġ ta’ tagħlim prattiku fejn il-kreattività, il-ħidma f’tim u s-sostenibbiltà jingħaqdu flimkien b’mod sinifikanti. 

Matul il-proġett, iż-żgħażagħ qed jaħdmu flimkien fuq affarijiet prattiċi u hekk jiżviluppaw kapaċitajiet ta’ soluzzjoni u għarfien ambjentali. Iktar importanti minn hekk, huma jibnu l-kunfidenza tagħhom, isaħħu l-komunikazzjoni u l-ħidma f’tim, u jesperjenzaw il-valur li wieħed jieħu sjieda ta’ proġett li jibbenefika lill-komunità usa’.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport