Friday, December 20, 2024

Protestanti f’Kuba jintbagħtu sa 25 sena ħabs 

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

F’Kuba, 381 persuna nstabu ħatja li ħadu sehem fi protesti kontra l-Gvern matul is-sajf li għadda, b’uħud minnhom jeħlu sa 25 sena ħabs. 

L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali tal-pajjiż qal li 297 persuna rċevew sentenzi ta’ ħabs għal reati ta’ sedizzjoni, diżordni pubbliku, attakki u serq. Kien hemm oħrajn li ġew ordnati biex jagħmlu ħin ta’ servizz fil-komunità.

Eluf ta’ Kubani kienu ħadu sehem f’dimostrazzjonijiet madwar il-pajjiż, u jitolbu għal-libertà. Il-protesti, l-akbar f’għexieren ta’ snin, saru fl-isfond ta’ kriżi ekonomika severa bid-dimostranti jesprimu rabja dwar żidiet fil-prezzijiet u nuqqas ta’ ikel u mediċina. 

F’Kuba, ġemgħat pubbliċi mhux awtorizzati huma illegali u aktar minn 1,000 persuna kienu ġew arrestati. Ritratti li ċċirkolaw fuq il-midja soċjali kienu juru l-forzi tas-sigurtà allegatament iżommu, isawtu u jitfgħu l-pepper spray fuq uħud mid-dimostranti. 

Fost dawk li ngħataw is-sentenza b’rabta ma’ dawn il-protesti kien hemm sittax-il żagħżugħ li kellhom bejn is-16 u t-18-il sena.

Ekonomija

Sport