Wednesday, April 24, 2024

Tifel jisfa’ maqtul waqt li kien rieqed fis-sodda tiegħu f’Texas

Mandy Cilia
Mandy Cilia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Tifel ta’ seba’ snin inqatel fi sparatura waqt li kien rieqed fil-kamra tiegħu f’Texas. Huwa kien jinsab fis-sodda tiegħu meta f’ħin bla waqt intlaqat b’tir fl-istonku tiegħu. Hu rnexxielu jqum mis-sodda u mar sa ħdejn ommu biex jgħidilha li xi ħadd kien spara fuqu. Iżda ftit wara ntilef minn sensih. It-tifel ittieħed b’urġenza l-isptar iżda miet ftit wara minħabba l-ġrieħi gravi li sofra. 

Il-pulizija qalu li daħlitilhom telefonata li xi ħadd minn ġo karozza kien spara lejn id-dar bil-għan li jweġġa’ lill-familja li kienet ġewwa. Apparti t-tifel u l-omm, kien hemm ukoll żewġt itfal subien iżda dawn ma ġewx milquta. 

Il-pulizija qalu li għadhom ma jafux x’kien il-mottiv wara din l-isparatura. Huma qed jitolbu l-għajnuna tal-pubbliku biex min għandu xi informazzjoni jgħaddiha lilhom immedjatament. 

Sport