Saturday, December 21, 2024

Protokolli għall-ħarsien tal-anzjani fir-residenzi

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

minn Carmen Cachia             

B’rabta mal-iżviluppi li qegħdin iseħħu fid-djar tal-anzjani minħabba l-pandemija tal-Covid-19 l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali flimkien mal-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, mal-Ministeru għas-Saħħa u mas-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u l-Persuni b’Diżabilità nediet protokolli bil-għan li kemm jista’ jkun tiġi kkontrollata l-firxa ta’ dan il-virus.

Il-protokolli huma:

* Ir-residenti joħorġu mid-dar biss għal appuntamenti mediċi jew meta jkollhom bżonn kura medika;

* Staff u r-residenti jkunu swabbed b’mod frekwenti:

*  Tittieħed it-temperatura darbtejn kuljum lil kull membru tal-istaff; 

* Kull membru tal-istaff jilbes il-maskra l-ħin kollu u jsir ħasil tal-idejn skont il-ħtieġa;

* Offruta t-tilqima tal-influwenza kemm lill-anzjani, kif ukoll lill-ħaddiema;

* Ir-residenti li jidħlu f’dar tal-anzjani mill-komunità se jinżammu 14-il ġurnata kwarantina;

* Kwarantina ta’ ħamest ijiem għar-residenti li jirritornaw fid-dar tal-anzjani wara li ngħataw kura l-isptar;

* Anzjani li jkollhom xi appuntament outpatient, jistgħu jirritornaw id-dar tal-anzjani iżda d-dar trid tagħmel il-kontrolli meħtieġa;

* Użu ta’ maskri jew visors waqt iż-żjarat u fl-ebda ħin m’għandu jkun hemm kuntatt fiżiku; 

* Tinżamm dejjem id-distanza filwaqt li l-persuni jibqgħu jikkomunikaw minn wara l-perspex;

* Qabel u wara li ssir iż-żjara, il-viżitaturi jridu jissanitizzaw idejhom u ż-żona tal-viżta trid dejjem tiġi diżinfettata bejn żjara u oħra;

* Tgħamir ta’ teknoloġija meħtieġa biex issir komunikazzjoni virtwali b’għajnuna minn persuni mħarrġa għall-anzjani;

* L-ikel mill-qraba ma jingħatax direttament lill-anzjani u huwa permess f’kontenitur li jintmesaħ, jew issiġillat, jew li jista’ jintrema’;

* L-attivitajiet fid-djar tal-anzjani jisiru b’mod frekwenti, iżda b’mod sigur bil-miżuri meħtieġa.

* L-anzjani jkunu fil-grupp tagħhom u ma jitħalltux ma’ residenti f’sulari jew fi swali differenti biex jinżamm il-kunċett tal-bubble.

* Tkun identifikata żona għall-hairdresser li tirrispetta d-distanza soċjali, ħarsien tal-iġjene u l-hairdresser irid juża l-ilbies protettiv meħtieġ; u

* Tingħata l-informazzjoni lill-qraba meta r-residenti fid-djar tal-anzjani jiġu swabbed.

Fejn għandhom x’jaqsmu ż-żjarat lill-anzjani, l-Awtorità tirrakkomanda li għandhom jiġu segwiti l-istruzzjonijiet tad-djar rispettivi u appellat biex meta pesuna tħossha ma tiflaħx, ma żżurx lill-anzjani. Barra minn hekk mal-protokolli jingħad ukoll li huwa importanti ħafna li l-ħaddiema f’dawn id-djar ikunu responsabbli fil-ħajja privata tagħhom.

Ekonomija

Sport