Thursday, December 26, 2024

Pumpier jitlef ħajtu wara ħidma biex jintfew nirien f’Pembroke

Aqra wkoll


Illum, għall-ħabta tas-6:00 p.m il-Pulizija ġiet infurmata li fl-akwati ta’ St Andrew’s, f’Pembroke, kien hemm bżonn l-assistenza tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili minħabba nirien li ħakmu xi ħaxix (grass fire), kawża ta’ skart li kien hemm fl-inħawi.

Jidher li ftit wara li n-nar ġie kkontrollat u ntefa’, pumpier żviluppawlu problemi mediċi bil-konsegwenza li ntilef minn sensih.

Huwa ngħata l-ewwel assistenza medika mill-membri l- oħra tas-CPD li kienu fuq il-post, sakemm waslet ambulanza u tim mediku mill-Isptar Mater Dei, fejn beda jingħata s-CPR.

Immedjatament huwa ttieħed l-isptar f’qagħda serja, iżda sfortunatament, il-pumpier, ta’ 48 sena, tilef ħajtu ftit ħin wara fl-isptar.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Victor Axiak fetaħ inkjesta, waqt li l-investigazzjonijiet tal- Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport