Thursday, December 26, 2024

Putin ikompli jitlef is-sapport minn niesu stess

Aqra wkoll

Il-President Russu Vladimir Putin qed jitlef is-support ta’ bosta nies, kemm fir-Russja kif ukoll f’pajjiżi oħra kemm ilu li invada l-Ukrajna. Fosthom insibu lid-Direttur ta’ Hollywood Oliver Stone, li fuq il-midja soċjali kkundanna l-azzjonijiet ta’ Putin fuq l-Ukrajna: “Ir-Russja għamlet ħażin li invadiet”. Saħansitra anki atleti Russi waslu biex esprimew l-oppożizzjoni tagħhom għal din l-invażjoni u talbu biex dan il-kunflitt jispiċċa, minkejja r-riskju kbir illi daħlu fih metatkellmu kontra l-azzjonijiet ta’ Putin.

Xi wħud mill-mexxejja fosthom il-President taċ-Repubblika Ċeka Miloš Zeman, il-Prim Ministru Ungeriż Viktor Orbán u l-eks Ministru għall-Intern Taljan Matteo Salvini; li qabel din l-invażjoni kienu favur il-Kremlin, ukoll ikkundannaw dan l-aġir.

Fost iċ-ċelebri li esprimew dan l-istess sentiment kontra l-gwerra kien hemm l-attur Franċiż Gerard Depardieu, il-komiku Russu Ivan Urgant u l-komiku Maxim Galkin li huwa miżżewweġ lill-ikbar ċelebrità Russa.

Ma naqasx ukoll li wħud mill-ġurnalisti Russi tefgħu r-riżenja u saħansitra kien hemm editriċi Russa Marina Ovsyannikova li waqt xandira diretta tal-aħbarijiet uriet kartellun bil-kliem “Le għall-gwerra”, u spiċċat weħlet multa ta’ 30,000 ruble ekwivalenti għal £214.

Ekonomija

Sport