Tuesday, April 30, 2024

“Nazzjonalist twelidt u Nazzjonalist immut… is-saħħa mentali m’għandhiex kuluri politiċi”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat l-eks deputat Nazzjonalista Mario Galea tkellem dwar l-esperjenza personali tiegħu dwar is-saħħa mentali waqt konferenza organizzata mill-Partit Laburista, bit-tema “Poplu b’Saħħtu, Pajjiż b’Saħħtu”. 

B’reazzjoni għal kummenti u allegazzjonijiet li segwew din l-istess konferenza, Galea għamilha ċara li “jien Nazzjonalist Twelidt u Nazzjonalist immut, min gaħndu interess ipinġini mod ieħor biċċa tiegħu”.

Huwa jkompli biex jgħid li lbieraħ kien mitlub jindirizza konferenza organizzata mill-Partit Laburista dwar l-esperjenza tiegħu tad-dipressjoni u li hu mar biex iqajjem kuxjenza dwar il-mard mentali u s-suwiċidju. 

Galea kien ċar li kull min stiednu biex jitkellem dwar dan is-suġġett, hu dejjem aċċetta l-istedina għaliex dan is-suġġett m’għandux kuluri politiċi.

“Dejjem ippruvajt nwassal kelma ta’ faraġ u kuraġġ lil min qed ibati minn problemi ta’ saħħa mentali”, tenna Galea.

Sport