B’reazzjoni għall-attakk f’Moska li seħħ matul il-lejl tal-Ġimgħa u li fih indarbu u mietu diversi persuni, il-President Russu Vladimir Putin ipponta subajħ lejn l-Ukrjana.
Huwa qed jinsisti li l-Ukreni setgħu kienu involtu f’dan l-attakk terroristiku li seħħ f’kumpless fejn isiru l-kunċerti, fil-belt kapitali tar-Russja.
Intant, Putin iddikjara l-Jum tal-Ħadd, jiġifieri għada, bħala wieħed ta’ luttu nazzjonali fil-pajjiż.
Temm jgħid li b’rabta ma’ dan il-każ, b’kollox hemm madwar erba’ persuni lii qed jiġu nterrogati mill-Pulizija ta’ Moska.