Thursday, March 13, 2025

Putin jaqbel mal-waqfien mill-ġlied, iżda għandu r-riservi

Aqra wkoll

Sigħat wara li l-Ukranja aċċettat li twaqqaf il-ġlied għal 30 jum, il-President Russu Vladimir Putin qal li hu qiegħed jaqbel ukoll, iżda għandu ċertu riservi.

Stqarr li dan il-waqfien mill-ġlied għandu jwassal għall-paċi bejn iż-żewġ pajjiżi u mhux nipprovaw inessu ir-raġuni għaliex bdiet din il-gwerra.

Putin qal dan id-diskors hekk kif wasal il-mibgħut speċjali tal-Istati Uniti Steve Witkoff fil-kapitali Russa Moska biex ikollu taħdidiet dwar il-proposta li sabet l-appoġġ tal-Ukranja.

Fl-istess ħin li Putin aċċetta dan il-waqfien mill-ġlied, il-Kremlin qal li jinsab fl-aħħar stadji ta’ operazzjoni militari biex jieħu taħt il-kontroll tiegħu r-reġjun kollu ta’ Kursk.

Il-mod ta’ kif tkellem Putin wera biċ-ċar li Moska tinsab lesta biex tinstab soluzzjoni permezz tad-diplomazija li jidher li se tkun imexxija mill-Istati Uniti.

Iżda opinjonisti qalu fuq naħa Putin wera li lesta jaċċetta l-proposta, iżda fuq naħa l-oħra qal li jrid aktar assigurazzjonijiet mingħand l-Ukranja u l-Istati Uniti.

“Li kienu Putin qal le għall-proposta tal-Istati Uniti biex jieqaf il-ġlied mal-Ukranja, ir-relazzjonijiet bejn il-White House u l-Kremlin kienu jmorru ħafna ħażin. Allura Putin qatt ma seta’ jgħid le għal din il-proposta,” qal analist politiku waqt li kien qiegħed jitkellem mal-midja internazzjonali.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport