Saturday, December 21, 2024

Qabda rekord ta’ kokaina fil-Port Ħieles

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Uffiċjali tad-Dwana, stazzjonati fil-Port Ħieles, għamlu qabda rekord ta’ kważi tunnellata u nofs kokaina, b’valur fis-suq li jlaħħaq madwar €300 miljun. 

Wara operazzjoni li damet għaddejja ġurnata, l-uffiċjali kkonfiskaw 50 borża li kien fihom 1,494 blokka ta’ kokaina, li jiżnu kilogramma kull waħda.

Id-droga nstabet moħbija f’kontejner li kien qed iġorr il-banana u li kien ġej mill-Kolumbja u kien fi triqtu lejn Koper, fis-Slovenja.

Il-każ ġie mgħoddi lill-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga għal aktar investigazzjonijiet filwaqt li l-Maġistrat Leonard Caruana qed imexxi l-inkjesta.

Ekonomija

Sport