Tuesday, December 24, 2024

Qabda ta’ £14-il miljun f’karozzi lussużi misruqa fl-Ingilterra

Aqra wkoll

Is-serq ta’ karozzi lussużi biex jinbiegħu f’pajjiżi sinjuri sar fenomenu li qed jinkwieta bil-bosta lil puliżija f’għadd ta’ pajjiżi. Dan is-serq ilu jsir minn gangs kriminali li wara li jisirqu l-karozzi jqattgħuhom sabiex tingħata x’jinftiehem illi dawk huma spare parts.

Il-pulizija ta’ Essex fl-Ingilterra, membri tat-taqsima ta’ intelliġenza tal-vetturi misruq, ftit ilu irnexxielhom jaqbdu b’aktar minn £14-il miljun ta’ karozzi lussużi ‘mqattgħin’ li kellhom jintbagħtu barra.

Aktar minn 600 vettura, fosthom Range Rovers, instabu maqtugħin min-nofs b’partijiet bħal bampers, steering wheels u headlights maħżuna f’kontejners lesti għat-tbaħħir.

Ħafna minn dawn il-vetturi misruqa kienu destinati biex jinbiegħu barra l-pajjiż bi prezzijiet minfuħin.

Fir-rejds li għamlet f’diversi nħawi tal-pajjiż, il-pulizija rkuprat rekord ta’ 626 vettura u partijiet li jiswew £14-il miljun is-sena li għaddiet, żieda ta’ 30% mill-2021. Madankollu, dan is-suċċess wasal b’żieda fis-serq tal-karozzi lussużi.

L-aktar karozza għalja li rkuprata kienet Rolls-Royce Dawn li fis-suq tiswa £350,000 f’Jannar tal-2021. Din il-karozza nstabet f’kontejner li kien sejjer lejn Dubai b’partijiet minn tmien Range Rovers oħra misruqa. Dan in-negozju huwa sors ta’ qliegħ kbir għal dawn il-gangs kriminali.

Ekonomija

Sport