Sunday, November 24, 2024

Qalulha li ma jistax ikollha tfal… twelled żewġ pari tewmin fi ftit aktar minn sena

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-miraklu tal-ħajja. Hekk iddeskrivew l-istorja ta’ mara li minkejja li kienu qalulha li qatt ma kien ser ikollha tfal, welldet żewġ pari tewmin fi ftit aktar minn sena.

Kirsty Hannam, mara ta’ 31 sena mill-Ingilterra, ġiet iddijanjostikata b’endometriosis fl-età ta’ 18-il sena u t-tobba qalu li kien ferm improbabbli li tkun tista’ jkollha t-tfal tagħha stess.

Fl-aħħar jiem bosta midja internazzjonali rrappurtat l-istorja tagħha fejn kollox jibda minn erba’ snin ilu.

F’Novembru 2018, tliet xhur biss wara r-relazzjoni tagħhom, Kirsty u s-sieħeb tagħha, Rob O’Hara, ta’ 34 sena, skoprew li kienu qed jistennew tewmin.

Kirsty kienet tassew ferħana meta welldet lil William u lil Willow f’Ġunju 2019 bis-sieħeb tagħha maġenbha.

Imbagħad sitt xhur biss wara, Kirsty iddaħħlet l-isptar b’uġigħ qawwi kkawżat mill-kundizzjoni tagħha.

It-tobba emmnu li eventwalment kellha bżonn tagħmel dik li tissejjaħ hysterectomy, li hija proċedura biex jitneħħa l-ġuf sabiex ittaffi s-sintomi intollerabbli tal-kundizzjoni tagħha, iżda għażlu li jistennew ftit aktar… u b’xorti t-tajba ġara dan.

Kirsty baqgħet imbelħa meta saret taf li reġgħet kienet tqila b’tewmin f’Marzu 2020 – seba’ xhur biss wara t-twelid tal-ewwel tewmin tagħha. Hija mbagħad welldet  żewġt ibniet li semmiethom Alice u Aoife.

Xħin tħares lejn dan kollu, l-omm qalet li hija barka kbira l-fatt li welldet żewġ pari tewmin meta tqis il-fatt li kienu qalulha li qatt mhu se jkollha tfal.

Sport