Saturday, November 23, 2024

Qassis kien jabbuża sesswalment tifel ta’ ħames snin… Djoċesi Kattolika tinżamm responsabbli

Aqra wkoll

Deċiżjoni li qed titqies bħala storika u li qed titqies li tista’ taffettwa każi oħra li se jkunu deċiżi fiż-żmien li ġej, hi dik li ingħatat mill-Qorti ta’ Victoria fl-Awstralja. F’din is-sentenza, il-qorti sabet lill-Knisja Kattolika responsabbli għal abbuż sesswali li wettaq qassis fuq tifel ta’ ħames snin. L-abbuż sesswali seħħ fis-snin sebgħin.  Id-djoċesi inkwistjoni hi dik ta’ Ballarat. Il-qassis hu Fr Bryan Coffey, li kien iservi fil-belt ta’ Port Fairy.

F’dan il-każ, id-djoċesi ta’ Ballarat, argumentat li l-qassis dak iż-żmien ma kienx impjegat tagħha u għalhekk ma setgħetx tinżamm responsabbli. 

L-Imħallef Jack Forrest, li mexxa l-każ, mhux biss lid-djoċesi responsabbli imma ta’ kumpens ta’ $230,000 lill-vittma. Hu qal li Fr Coffey minħabba l-pożizzjoni li kellu ħa vanaġġ mit-tifel ta’ ħames snin u tfal oħra.

L-avukati li mexxew il-każ għall-vittma iddeskrivew il-każ bħala wieħed storiku u li se jgħin lill-vittmi oħra fil-battalji legali tagħhom kontra l-Knisja Kattolika.

Sport