Il-pulizija qed tinvestiga każ ta’ korruzzjoni li jinvolvi uffiċjal ta’ club tal-Kampjonat Premier.
Dan l-uffiċjal qed jiġi investigat hekk kif allegatament avviċina player avversarju fit-tentattiv biex jinxtara u jarmi l-partita.
S’issa għadu ma ssemma l-ebda isem tal-uffiċjal, il-player jew inkella t-timijiet involuti iżda l-pulizija ilha tagħmel l-investigazzjoni neċessarja għal dawn l-aħħar ġimgħat wara li ġiet mgħarrfa mid-Dipartiment tal-Integritá tal-Malta FA.
Qed jingħad ukoll li l-pulizija għandha evidenza tanġibbli biex setgħet tibda l-investigazzjonijiet tagħha, jiġifieri, għandha recordings ta’ konversazzjonijiet bejn iż-żewġ partijiet.