Wednesday, October 9, 2024

“Qed nagħtu ġakketta tas-salvataġġ lil min diġà għandu u nħallu lil min m’għandux jegħreq”

Aqra wkoll

Il-WHO tikkritika lill-pajjiżi sinjuri li qed “jaħtfu” t-tilqimiet biex jagħtu l-booster meta għad hemm miljuni ta’ nies li għadhom lanqas ħadu l-ewwel tilqima kontra l-Covid-19

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa kellha kliem ta’ kritika fil-konfront ta’ pajjiżi sinjuri li qed jakkwistaw il-boosters tal-vaċċin għall-Co­vid-19 u dan meta hemm miljuni ta’ persuni madwar id-dinja li għadhom lanqas biss ħadu l-ewwel tilqima.

L-esperti tal-WHO qed jinsistu li m’hemmx biżżej­jed evidenza li turi li l-boosters huma neċessarji filwaqt li żiedu li huwa immorali li pajjiżi sinjuri jipprovduhom lin-nies tagħhom meta hemm ħafna għadhom biss lanqas tlaqqmu. Il-WHO qalet dan ftit qabel li l-awtoritajiet tal-Istati Uniti ħabbru li dawk iċ-ċittadini mlaqqma dalwaqt se jkunu eleġibbli biex jieħdu dożi addizzjonali.

Id-direttur tal-emerġenza tal-WHO Mike Ryan meta tkellem mal-midja dwar din is-sitwazzjoni qal, “qed nagħtu ġgieget tas-salvataġġ lil min diġà għandu, filwaqt li nħallu lil ħaddieħor jegħreq mingħajr ma nagħtuh ġakketta waħda.” Fid-dawl ta’ dan kollu, iktar kmieni dan ix-xahar il-WHO kienet talbet biex ikun hemm projbizzjoni temporanja fuq l-għoti ta’ boosters tal-vaċċin sakemm id-distribuzzjoni tat-tilqima tilħaq ukoll lil dawk il-pajjiżi l-iktar fqar. Dan iżda ma naqqas xejn mill-pjanijiet ta’ għadd ta’ pajjiżi li jipprovdu t-tielet tilqima biex tinħoloq iktar protezzjoni kontra l-varjant Delta. 

Sport