Sunday, December 22, 2024

“Qed nagħtu għajnuna psikoloġika lil dawk kollha milquta mit-terremot tat-Turkija … anke lill-Maltin”

Dr Mark Xuereb, Psikjatra u Kap Eżekuttiv ta’ Crisis Resolution Malta

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Hekk kif madwar ġimagħtejn ilu, it-Turkija u s-Sirja ntlaqtu minn terremot qawwi, żdied s-sens ta’ biża’ fost bost familji, kemm Maltin kif ukoll barranin. Kien minħabba din il-biża’, li l-Crisis Resolution Malta, żdiedilhom l-ammont ta telefonati b’talbiet biex in-nies jaqsmu l-espejenzi tagħhom u wkoll kif qed ihossuhom emozzjonalment.

Dan is-sit tkellem dwar dan mal-psikjatra Dott. Mark Xuereb fejn spjega li għal dawn l-aħħar ġimagħtejn, is-servizz li joffri l-Crisis Resolution Malta li jopera 24 siegħa rċieva telefonati minn Torok li jinsabu hawn Malta, minn Torok li jinsabu ġewwa t-Turkija u Maltin li għandhom il-qraba hemmhekk. Minħabba din iż-żdieda, żdiedu l-ammonti li jaħdmu mal-Crisis Resolution Malta. Meta mistoqsi x’għanjuna qed tingħata lit-Turkija, huwa spjega li bħalissa qegħdin jaraw, jitkellmu u josservaw ħames familji li bħalissa għaddejjin minn martirju sħiħ.

Qal li żewġ familji minnhom jinsabu mili biss il’bogħod mill-epiċentru tat-terremot, filwaqt li ġuvni li nstab fit-tifrik għadhu kif tilef lill-ommhu u ma għandhu lil ħadd ma min jitkellem. Il-poplu Tork qiegħed isofri minn diversi problemi minħabba t-terremot. Sostna li l-problemi ta telf mhumiex biss minħabba li tilfu l-impjieg, xogħol jew ikel, iżda tbatija emozzjonalment u psikoloġikament għaliex wieħed ikun tilef lil xi ħadd għażiż qrib tiegħu. Hemm ukoll wħud li qegħdin jingħataw il-kura meħtieġa, iżda fil-pajjiż hemm problema kbira li hi nuqqas kbir ta’ mediċini.

Il-Psikjatra Dott. Mark Xuereb

Minbarra li qegħdin jiġu megħjuna ħames familji, Xuereb qal li qegħdin jingħaqdu ma’ tradutturi fil-pajjiż sabiex joffru għajnuna psikoloġika lilhom minħabba li qegħdin jaraw kollox iseħħ quddiem għajnejhom. Permezz ta’ telefonati u komunikazzjoni onlajn, il-Crisis Resolution Malta qegħda tagħti wkoll pariri psikoloġiċi u għajnuna emozzjonalment lill-dawk kollha li bħalissa jinsabu t-Turkija sabiex joħorġu lin-nies minn ġot-tifrik.
 
“It-terremot ma jolqotx lil kull ġenerazzjoni l-istess”

Dr Xuereb spjega li dan it-terremot mhux ħa jolqot lil kulħadd l-istess psikoloġikament. It-tfal żgħar  qegħdin ibagħtu minn aspett soċjali minħabba li ma jistgħu jattendu l-iskola u jitħalltu ma’ tfal oħra. Intant f’telefonata li rċieva mingħand omm, qal li hemm tfal li wara t-terremot, spiċċaw ma jitkellmux, ma jibku mix-xejn u jagħmlu taħthom. Dan filwaqt li l-anzjani Torok tilfu l-kastell tagħhom, li għalihom hija d-dar u din normalment tista’ titqies bħala rutina. Hu spjega li qed ikun hemm ċertu anzjani li qed jispiċċaw joħorġuhom mgħottijin bil-kutri u wħud lanqas ikunu kapaċi jispjegaw x’qiegħed jiġri quddiemhom.

Filwaqt li hemm wħud mit-Torok li ma jistgħux jifhmu x’qiegħed jiġri, hemm wħud li qegħdin iwaħħlu f’diversi rġunijiet differenti. Rigward dan, Xuereb qal li wħud mill-iktar mistoqsijiet li qiegħed jisma’ mingħand it-Tork huma; Tgħid tort a’ Alla? Tgħid tort tal-gwerra bejn ir-Russja u l-Ukrajna? Imma għaliex? Għaliex aħna?
 
“Crisis Resolution Malta rċeviet bosta telefonati mill-Matin dawn il-ġimagħtejn”

F’Malta kienu bosta dawk li bagħtu materjali, bħal ħweġġeġ u kutri sabiex jiġu użati mit-Torok. Minkejja li taw kuraġġ u sapport lit-Torok, hemm diversi Maltin u Għawdxin li jinsabu mħassbha. Dan hekk kif Dott. Mark sostna li raw fenomenu ġdid għal l-aħħar, fejn is-soltu s-sitwazzjoni tkun waħda differenti. Kien hemm diversi Maltin u Għawdxin li ċemplu tul dawn l-aħħar ġimagħtejn. Kien hemm bosta telefonati li urew sogħbija u anzjeta minħabba l-ħsieb dwar x’jiġri u x’ser isir jekk isir terremot f’Malta kif sar fit-Turkija. Dan kollu juri li dan l-impatt psikoloġiku, ma ħalliex effett fit-Turkija biss, iżda minn mad-dinja kollha.
Dott. Xuereb temm jgħid li l-effetti tat-terremot għadhom iridu joħorgu fil-ġenerazzjonijiet li jmiss. Qal li hemm ċans li jkun hemm ħsarat u kwistjonijiet għoljin ta’ vizzji ta’ sustanzi u gambling. Attwalement hemm iċ-ċans ukoll li tiżdied ir-rata ta’ suwiċidju.

Il-messaġġ li xtaq iwassal lill-pubbliku huwa wieħed; “Jekk hemm xi ħadd hemm barra li jaħseb li jaf lil xi ħadd li affettwat speċjalment dawk ta’ nazzjonalità Torka sabiex javviċinawna u aħna min-naħa tagħna bħala Crisis Resolution Malta nkunu nistgħu nipprovdu għajnuna’’.

Kull min jinsab fi kriżi jew qiegħed jikkontempla s-suwiċidju jista’ jċempel għall-għajnuna 24/7 fuq 9933 9966, jew jidħol fil-paġna ta’ Facebook “Crisis Resolution Malta” jew iniżżel il-KriżiApp. 

Ekonomija

Sport