Friday, April 26, 2024

“Qed naħdmu biex inġibu lil niesna lura ħajjin minn Mariupol” 

Il-President Ukren dwar is-salvataġġ tal-Ukreni maqbudin fl-impjant tal-azzar

Aqra wkoll

Il-President Ukren Volodymyr Zelensky qal li bdiet operazzjoni biex “isalva lid-difensuri ta’ Mariupol”, iżda żied li x-xogħol se jirrikjedi “diskrezzjoni u ħin”.

Fi stqarrija mxandra b’mod virtwali, Zelensky irringrazzja lis-Salib l-Aħmar u lin-Nazzjonijiet Uniti, kif ukoll lis-servizzi militari u tal-intelliġenza tal-Ukrajna, għall-isforzi tagħhom biex dawn ikunu jistgħu jirritornaw.

“L-Ukrajna għandha bżonn l-eroj Ukreni tagħna ħajjin. Dan huwa l-prinċipju tagħna,” żied jgħid Zelensky.

Il-ministeru tad-difiża tal-Ukrajna qal li 264 ġellied ħallew l-impjant tal-azzar ta’ Azovstal f’Mariupol u ttieħdu lejn Olenivka.

Aktar qabel id-Deputat Prim Ministru Iryna Vereshchuk qalet li fl-interess ta’ saħħet dawk midrubin, se jkun hemm tpartit bejn iż-żewġ forzi militari. Dawk midrubin li nqabdu mill-impjant tal-azzar u ttieħdu għall-kura, se jkunu qegħdin jiġu rilaxxati fi bdil ma’ priġunieri Russi maqbudin mill-Ukreni.

Sport