Tuesday, August 4, 2026
Home Internazzjonali “Qerridtli ħajti, imma ma nobgħodokx”

“Qerridtli ħajti, imma ma nobgħodokx”

- L-aħħar messaġġ li kiteb Valerio lis-sieħba tiegħu wara li allegatament xeħtitlu l-aċtu fuq wiċċu u f’għonqu

0
1

“Qerridtli ħajti, imma ma nobgħodokx.” Dan kien l-aħħar messaġġ li kiteb Valerio Gentile ta’ 35 sena li tilef ħajtu nhar is-Sibt li għadda fl-Isptar Castelli fl-Italja.

Kien fid-9 ta’ Lulju li għadda meta Valerio safa attakkat mis-sieħba tiegħu hekk kif xeħtitlu l-aċtu fuq wiċċu u f’għonqu. Kawża ta’ dan l-attakk li sofra ġrieħi gravi ħafna.

Għal xi jiem it-tobba kienu fiduċjużi li l-vittma kien qiegħed ifieq, iżda s-Sibt filgħodu reġa’ qaleb għal agħar fejn imbagħad ġie ċertifikat mejjet.

Hu kien instab minn persuni f’ġemb ta’ triq f’villaġġ ‘il barra minn Ruma u mill-ewwel indunaw li kellu bżonn l-għajnuna. Kienu ssejħu s-servizzi tal-emerġenza fejn ħadu lir-raġel l-isptar biex jingħata l-kura.

Wara li l-pulizija Taljana tkellmu mas-sieħba tiegħu li għandha 29 sena, inħareġ mandatt ta’ arrest fejn bdiet tiġi interrogata dwar dak li seħħ.

Hija tressqet il-Qorti fl-Italja fejn qiegħda tiffaċċja diversi akkużi, u issa li l-vittma tilef ħajtu, il-prosekuzzjoni qegħdin jitlobu li l-akkużi jinbidlu għal omiċidju.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here