Sunday, December 22, 2024

“Qgħadna fuq id-deċiżjoni tat-tobba meta ommi kienet f’xifer il-mewt”

Paula Mifsud Bonnici

Aqra wkoll

Hekk kif fil-Parlament kompliet id-diskussjoni dwar l-emenda proposta mill-Gvern li tipproteġi saħħet il-mara f’każ ta’ kumplikazzjonijiet fit-tqala, il-Kelliema tal-Oppożizzjoni għall-Anzjanità Attiva Paula Mifsud Bonnici tkellmet dwar esperjenza li għaddiet minnha, meta ommha 17-il sena ilu kienet f’xifer il-mewt.

Hija qalet li t-tobba li kienu qed jieħdu ħsieb ommha fl-Isptar kellhom jieħdu deċiżjoni jekk jagħmlulhiex operazzjoni jew le. “Id-deċiżjoni kienet illi ma jagħmlulhiex operazzjoni. Aħna qgħadna għal dik id-deċiżjoni għax ħassejna li dik kienet l-aħjar triq li kellha tittieħed. U l-mama’ mietet xorta. Allura jien inwaħħal fit-tobba? Żgur li le.

“Għax jien dakinhar kienet tfisser li dak it-tabib li ħa dik id-deċiżjoni, ħadha għax kellu l-informazzjoni, u ħadha b’deċiżjoni infurmata li jien qgħadt għaliha… u ma kien hemm ebda tip ta’ konsegwenza wara dan,” qalet Mifsud Bonnici.

Hija tenniet li għandha fiduċja sħiħa fit-tobba u li żgur li l-Oppożizzjoni ma tridx li t-tobba tagħna jmorru l-ħabs. “Tippruvawx tinqdew bit-tobba biex taslu għal din il-liġi. Mhux vera lit-tobba qegħdin fil-periklu li jistgħu jispiċċaw fil-ħabs. Mhux vera li n-nisa li jkollhom kumplikazzjonijiet qegħdin fix-xifer li jintbagħtu l-ħabs.”
“Il-valur tal-ħajja huwa prezzjuż u huwa prezzjuż dejjem,” temmet tgħid.

Ekonomija

Sport