Wednesday, March 27, 2024

Rebħa minima għall-Awstralja titfagħhom mal-aħħar 16 għat-tieni darba fl-istorja

Aqra wkoll

Awstralja…………1

Danimarka………0

L-Awstralja kitbu l-istorja meta għelbu lid-Daniamrka bl-iskor minimu ta’ 1-0 biex b’hekk kisbu post mal-aħħar 16 għat-tieni darba fl-istorja tagħhom. Huma temmew Grupp D fit-tieni post b’punti ndaqs daqs Franza jiġifieri sitt punti, iżda l-Franċiżi kellhom differenza ta’ goals aħjar.

Kienu d-Daniżi li ħolqu l-ewwel periklu fis-seba’ minuta meta Joakim Maehle xeħet cross lejn Braithwaite, iżda l-goalkeeper Awstraljan Ryan kien pront u ħareġ minn postu biex interċetta kull periklu.

L-Awstralja wieġbu fit-32 minuta permezz ta’ daqqa ta’ ras mid-distanza ta’ Jackson Irvine li iżda ftit li xejn impenjat lill-goalkeeper Daniż, Kasper Schmiechel.

L-Awstralja fetħu l-iskor, liema goal kellu jkun dak tar-rebħa fis-60 minuta meta Riley Mc Gree għadda tajjeb lejn Mathew Leckie li qabeż tajjeb lil Maehle qabel venven xutt mill-isbaħ li ma ta l-ebda ċans lil Schmeichel, bil-ballun jintemm fir-rokna tax-xibka.

Id-Daniżi bdew jagħmlu minn kollox biex iġibu l-iskor indaqs u fil-71 minuta, kellhom ferħa bla temma hekk kif ir-referee Alġerin Mustapha Gorbal, saffar għal penalty iżda qaleb id-deċiżjoni tiegħu minħabba li l-assistent tiegħu rrimarkalu li Kasper Dolberg kien tabilħaqq jinsab f’pożizzjoni ta’ offside.

Awstralja: Mathew Ryan, Milos Degenek, Harry Souttar, Kye Rowles, Aziz Behich, Mathew Leckie (Ajdin Hrustic 89), Aaron Mooy, Jackson Irvine, Craig Goodwin (Keanu Baccus 46), Riley McGree (Bailey Wright 74), Mitchell Duke (Jamie Maclaren 82)

Danimarka: Kasper Schmeichel, Rasmus Kristensen (Alexander Bah 46), Joachim Andersen, Andreas Christensen, Joakim Maehle (Andreas Cornelius 69), Mathias Jensen (Mikkel Damsgaard 59), Pierre Hojbjerg, Christian Eriksen, Andreas Skov Olsen (Robert Skov 69), Martin Braithwaite (Kasper Dolberg 59), Jesper Lindstrom Coach:

Referee: Mustapha Ghorbal (Alġerija)

Ammoniti: A. Behich, M. Degenek (A), R. Skov (D)

Ekonomija

Sport