Thursday, April 18, 2024

It-Tuneżija jegħlbu lil Franza iżda xorta jiġu eliminati

Aqra wkoll

Tuneżija……….. 1

Franza………….. 0

Kienet inutli r-rebħa tat-Tuneżija fuq Franza bl-iskor ta’ 1-0 minħabba li bir-rebħa tal-Awstralja fuq id-Danimarka bl-istess skor huma temmew fit-tielet post ta’ dan il-grupp biex sfaw eliminati.

Min-naħa ta’ Franza, li niżlu għal dan il-konfront b’team mibdul wara li aċċertaw posthom fir-round tal-Aħħar 16 u saħansitra rebħu l-grupp, iddiżappuntaw biex naqsu milli jiksbu punti massimi minn tliet logħbiet.

Intant, wara taqsima bla goals, b’mod meritat it-Tuneżini fetħu l-iskor fit-58 minuta meta Ellyes Skhiri għadda lejn Wahbi Khazri li daħal fil-kaxxa u għeleb lil Steve Mandanda.

Fit-98 minuta, Franza ħasbu li kisbu d-draw minn Antoine Griezmann iżda l-goal ma ġiex konvalidat minħabba pożizzjoni ta’ offside wara verifikazzjoni mal-VAR.

Tuneżija: Aymen Dahmen, Montassar Talbi, Yassine Me­riah, Nader Ghandri, Ali Maa­loul, Aissa Laidouni, Ellyes Skhiri, Wajdi Kechrida, Mohamed Ben Romdhane (Ghaylene Chaalali 74), Wahbi Khazri (Issam Jebali 60), Anis Ben Slimane (Ali Abdi 83) – Coach: Jalel Kadri

Franza: Steve Mandanda, Axel Disasi, Raphael Varane (William Saliba 63), Ibrahima Konate, Youssouf Fo­fana (Antoine Griezmann 73), Aurelien Tchouameni, Eduardo Camavinga, Matteo Guendouzi (Ousmane Dembele 79), Kingsley Coman (Kylian Mbappe 63), Randal Kolo Muani, Jordan Veretout (Adrien Rabiot 63)      – Coach: Didier Deschamps  

Referee: Matthew Conger (New Zealand)

Assistenti: Mark Rule (New Zealand), Tevita Makasini (Tonga)

Ammoniti: W. Kechrida (T)

Ekonomija

Sport