Tuesday, February 4, 2025

Qormi Daikin fl-ewwel post fl-ewwel round tal-Hockey 5s

Aqra wkoll

Qormi Daikin temmew fl-ewwel post tal-klassifika tal-ewwel round tal-Hockey 5s meta rebħu t-tliet logħbiet li lagħbu.

It-tim immexxi minn Andre Ghio għeleb lil Floriana Young Stars 5-4, lil White Hart 12-1 u GREE Żurrieq Wolves Hotsticks 9-1 sabiex ħadu punti massimi minn din il-kompetizzjoni.

F’aktar riżultati, GREE Żurrieq Wolves Hotsticks għelbu lil White Hart 8-4, Floriana Young Stars rebħu 7-3 lil GREE Żurrieq Wolves Hotsticks filwaqt li White Hart kisbu rebħa ta’ 3-2 kontra Floriana Young Stars 3-2.

Fil-klassifika, Qormi Daikin għandhom sitt punti filwaqt li GREE Żurrieq Wolves Hotsticks, Floriana Young Stars u White Hart għandhom żewġ punti kull wieħed.

Fi stqarrija. l-HAM qalet li din il-kompetizzjoni hi waħda innovattiva hekk kif tkompli l-ħidma tagħha biex iżżid il-parteċipazzjoni f’din il-logħba.Matul l-istaġun li għadda nxtara apparat apposta li bih ikun jista’ jintlagħab dan il-logħob u kien sar festival sabiex il-plejers jibdew jilagħbu din il-logħba meqjusa waħda b’pass aktar veloċi.

Sadanittant, Qormi Daikin rebħu l-kampjonat ta’ taħt is-16-il sena wara li għelbu lil Floriana Young Stars 5-1.Zachary Farrugia u Liam Carabott skorjaw doppjetta kull wieħed filwaqt li Ben Falzon żiedu aktar gowls għat-tim rebbieħ.
Dan kien it-tieni suċċess fuq livell ta’ żgħażagħ għal Qormi wara li ftit tal-ġimgħat ilu rebħu wkoll il-kampjonat ta’ taħt it-18-il sena.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport