Tuesday, February 4, 2025

Table-tennis: Kim Taehyun għal darb’oħra jikkwalifika għas-Singapore Smash

Aqra wkoll

Il-plejer ta’ MITTC Kim Taehyun irnexxielu jikkwalifika mal-aqwa plejer stad-dinja tat-table tennis meta wasal sar-round ewlieni tad-doubles u se jkun qed jirrappreżenta lil Malta illum f’Singapore.

Hu ltaqa’ mal-eks stilla Maltija Simon Gerada li llum il-ġurnata qed imexxi lill-Awstralja.

Singapore Smash hu l-ogħla kategorija ta’ logħob organizzat mill-World Table Tennis (WTT) fejn l-aqwa plejers jikkompetu kontra xulxin.

Din hi t-tieni okkażjoni li Taehyun irnexxielu jikkwalifika f’isem Malta. Fil-logħba tal-lum hu se jilgħab mal-kollega mill-Indja Mudit Dani u jkunu qed jiltaqgħu kontra l-plejers Brażiljani Viktor Ishiy u Guillherme Teodoro..

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport