Sunday, May 5, 2024

Qormi Daikin jiksbu l-promozzjoni għal Euro Hockey Challenge 2

Aqra wkoll

Qormi Daikin kisbu rebħa tajba ta’ 5-1 kontra HC Kilppari tal-Finlandja fir-raba’ logħba tagħhom mit-tielet diviżjoni tal-Euro Hockey Challenge.

Din kienet it-tieni rebħa ta’ Qormi wara t-telfa ta’ 7-2 kontra Eagles HC, ir-rebħa ta’ 4-1 kontra Valhalla u d-draw ta’ 5-5 kontra Akademik Club Sofia.

Il-Qriema skorjaw il-gowls tagħhom permezz ta’ doppjetta ta’ Zack Degiovanni b’Luke Bajada, Steve Tanti u Keith Bajada li niżżlu isimhom fost l-iskorers.

David Hurrell skorja l-uniku gowl għal Kilppari.

B’hekk Qormi kisbu l-promozzjoni għat-tieni diviżjoni ta’ din il-kompetizzjoni.

Mill-banda l-oħra, GREE Sliema Hotsticks ġew draw ta’ 1-1 kontra SLF Mesaikos tal-Iżvezja.

Markel Tolarechipi poġġa lil Mesaikos minn fuq sabiex Silas Plaehn ġab l-iskor indaqs għas-Slimiżi li għadhom bla telfa f’din il-kompetizzjoni wara rebħiet ta’ 9-1 kontra Vantaa u 1-0 kontra HC Luxembourg.

Sport