Saturday, November 16, 2024

Queensland fl-Awstralja fi stat ta’ emerġenza wara għargħar

Aqra wkoll

L-Istat ta’ Queensland fl-Awstralja jinsab fi stat ta’ emerġenza hekk kif fl-aħħar sigħat niżlet ammont kbir ta’ xita. L-awtoritajiet qegħdin jgħidu li s-sitwazzjoni tant kemm hi gravi li hemm theddida fuq ħajjet in-nies.

Is-servizz ta’ emerġenza qegħdin iħeġġu eluf kbar ta’ persuni biex jimxu lejn żoni aktar għoljin fil-pajjiż sakemm is-sitwazzjoni terġa’ lura għan-normal. Konsegwenza ta’ dan li qiegħed jiġri, is-servizz tat-trasport pubbliku waqaf jaħdem u anke l-ajruport kellu jwaqqaf is-servizz tiegħu.

Skont rapporti fil-midja Awstraljana, f’inqas minn 24 siegħa niżlet 600mm ta’ xita u fl-24 siegħa li ġejjin mistennija li jinżlu 500mm oħrajn. Dak li qiegħed iseħħ u rekord ġdid għal dan l-istat Awstraljan.

Il-Premier tal-Istat Steven Miles qal li s-sitwazjoni hija waħda gravi ħafna u hemm indikazzjonijiet li fis-sigħat li ġejjin din se tkomplu tmur għall-agħar. Miles sostna li kien f’kuntatt kontinwu mas-servizz tal-emerġenza u qiegħed jiżgura biex ħadd ma jitlef ħajtu konsegwenza ta’ dan il-maltemp.

Ekonomija

Sport