Saturday, October 26, 2024

Ra lill-akkużat jgħajjat u beda jaġixxi qisu lest għall-ġlied

Xhieda fil-Qorti ta' raġel li kien jinsab fil-post tad-delitt ta' Pelin

Aqra wkoll

Fis-seduta tal-lum, xehed ukoll Nabeed Khan, raġel mill-Pakistan li jgħix l-Imsida, li spjega li huwa kien miexi ħdejn il-Paul & Rocco Petrol Station meta ra lill-akkużat jgħajjat u beda jaġixxi qisu li kien lest għall-ġlied. 

Huwa qal li kien ċempel fuq in-numru 112 u li sema’ persuna tgħidlu biex ma jersaqx qrib l-imputat għax kien qed “isawwat lin-nies.” Huwa iżda qal li dak il-ħin ma kienx rah jagħmel dan. Qal ukoll li kien ra persuna mixħuta mal-art wiċċha ‘l isfel u li kellha d-demm, filwaqt li fuq il-post kien hemm ħafna ġebel imxerred ‘l hemm u ‘l hawn. 

Ix-xhud żied isemmi li ħin minnhom ġie raġel li beda jgħajjat li l-persuna li kien hemm mal-art kienet it-tfajla tiegħu u wara kien ukoll ħadu l-Isptar. Tenna li kien ħa filmat bil-mobile fuq il-post u għaddieh lill-pulizija.

Sport