AC Milan qed isegwu b’attenzjoni l-progress tad-difensur ta’ Real Madrid Rafa Marin. Dan tal-aħħar għandu 21 sena u bħalissa jinsab misluf ma’ Alaves. Matul dan l-istaġun hu lagħab 30 darba fil-kampjonat Spanjol b’total ta’ 2217-il minuta.
Milan iridu lil dan il-plejer minħabba li jarawh bħala difensur ideali għall-iskema tattika futura tal-klabb.
Marin ma kienx qed isib postu ma’ Real Madrid u għalhekk talab li jiġi trasferit. Issa hu kapaċi jsib postu fis-serie A Taljana.