L-Assemblea Ġenerali tal-Federazzjoni Spanjola tal-Futbol ħatret lil Rafael Louzan bħala l-President il-ġdid tagħha. Hu se jkun qed jieħu post Luis Rubiales li flimkien mal-membru l-ieħor Pedro Rocha mexxew din il-federazzjoni.
Kienet sena ta’ turbulenzi kbar li fih Rubiales kellu jirriżenja bil-famuża bewsa li ta lill-plejer Spanjola Jenni Hermoso wara r-rebħa tat-tazza tad-dinja 2023.
Rafael Louzan għandu 57 sena, u kien il-Kap tal-Federazzjoni tal-Futbol tal-Galicia.