Saturday, December 21, 2024

Rafael Nadal se jitlef l-Open ta’ Franza

Aqra wkoll

Rafael Nadal se jitlef l-Open ta’ Franza għall-ewwel darba f’19-il sena minħabba li għadu qed jirkupra minn injury fil-ġenbejn fejn kien qed jimmira li jirbaħ dan it-tournament għall-15-il darba. 

L-Ispanjol ta’ 36 sena, li rebaħ 22 Grand Slams, qal ukoll li qed jippjana li jirtira wara l-istaġun 2024.

“Ma ħadtx id-deċiżjoni jien iżda ġismi ħa d-deċiżjoni. Li nilgħab Roland Garros huwa impossibbli,” huwa qal.

“Is-sena d-dieħla probabbilment tkun l-aħħar sena tiegħi, dik hija l-idea tiegħi. Jekk nibqa’ għaddej issa ma nkunx kapaċi nagħmel dan.”

Nadal għandu n-numru rekord konġunt ta’ trijonfi kbar tal-irġiel flimkien mas-Serb Novak Djokovic. Huwa rebaħ 70 titlu ATP ieħor u qatta’ 209 ġimgħa fin-numru wieħed tad-dinja – is-sitt l-itwal ammont fl-istorja tal-ATP.

L-Open ta’ Franza jibda f’Pariġi fit-28 ta’ Mejju u jibqa’ għaddej sal-11 ta’ Ġunju.

Ekonomija

Sport