Sunday, December 22, 2024

Rafael Varane jħabbar li rtira mit-team nazzjonali Franċiż

Aqra wkoll

Id-difensur ta’ Manchester United, Rafael Varane, ħabbar li rtira mit-team nazzjonali Franċiż, fl-etá ta’ 29 sena. 

Varane għamel 93 dehra fil-karriera internazzjonali tiegħu ta’ kważi għaxar snin.

Huwa lagħab fit-Tazza tad-Dinja fil-Qatar f’Novembru u Diċembru li għadda u għen lil pajjiżu jilħaq it-tieni finali konsekuttiva.

Madankollu, Franza sfaw megħluba bil-penalties mill-Arġentina wara draw ta’ 3-3.

Varane sostna li  jixtieq iqatta’ aktar ħin mal-familja tiegħu, kif ukoll jillimita ċ-ċansijiet ta’ injuries kbar li sofra fl-aħħar stadji tal-karriera tiegħu.

Matul il-karriera tiegħu, Varane tilef 90 logħba fuq livell ta’ club minħabba diversi injuries bl-agħar waħda tasal fl-2013 bi ksur tal-qasba ta’ siequ.

Huwa jagħraf ukoll li wasal iż-żmien li l-ġenerazzjoni li jmiss ta’ difensuri Franċiżi tibda timmatura.

Dawn jinkludu lil Jules Kounde, Dayot Upamecano, Ibrahima Konate, William Saliba, Wesley Fofana u Benoit Badiashile, li lkoll għandhom  karrieri brillanti quddiemhom.

Fl-2018, huwa rebaħ it-Tazza tad-Dinja meta fil-finali, Franza għelbu lill-Kroazja bl-iskor ta’ 4-2.

Ekonomija

Sport