Il-kowċ ta’ Fiorentina Raffaele Palladino jinsab ferm kuntent bl-attakkant tiegħu Moise Kean li bħal donnu twieled mill-ġdid wara l-perjodu xejn feliċi li kellu meta kien jilgħab ma’ Juventus. Hu kien deċiżiv fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet fil-logħba li La Viola lagħbu kontra Torino u li rebħu 1-0.
Palladino qal li hu tah ħafna kuraġġ u fl-istess waqt responsabbilta’ kbira matul dan l-istaġun u l-plejer qed ipatti bil-gowls u l-assists li qed joħloq.
L-istess Kean se jkun qed jirsisti mhux ftit sabiex jikseb postu mat-tim nazzjonali Taljan immexxi minn Luciano Spalletti.