Raġel ta’ 29 sena ser jitressaq il-qorti wara li pprova jaħtaf tifla mit-triq f’Essex, fl-Ingilterra.
Luke Palma qed jiġi akkużat b’attentat ta’ stupru u ħtif fuq minorenni. Huwa qed jiġi akkużat ukoll li kien fil-pussess tad-droga.
It-tfajla rnexxielha taħrab mill-agressur għalhekk ma saritilha l-ebda ħsara fiżika.
Apparti dawn l-akkużi, huwa għandu akkużi oħra li għadhom pendenti u se jkun qed jitressaq fuqhom ukoll.
Il-pulizija qalu li għalkemm it-tfajla għaddiet minn trawma, dan l-inċident seta’ kellu tmiem agħar li kieku hi ma rnexxilhiex taħrab fil-pront.