Sunday, June 21, 2026

Raġel arrestat b’rabta ma’ sensiela ta’ attakki f’Edinburgh

Aqra wkoll

Il-Pulizija Skoċċiża qalet li raġel ġie akkużat b’rabta ma’ sensiela ta’ attakki f’Edinburgh nhar il-Ġimgħa filgħaxija.

L-uffiċjali kontra t-terroriżmu ntalbu wkoll biex jinvestigaw dawn l-attakki li fihom indarbu ħames persuni.

Ir-raġel arrestat huwa Skoċċiż ta’ 36 sena. Skont il-Pulizija, “ir-raġel ġie akkużat b’rabta ma’ numru ta’ inċidenti li seħħew f’Edinburgh nhar il-Ġimgħa, 19 ta’ Ġunju, 2026. L-individwu mistenni jitressaq il-Qorti.”

Il-pulizija żiedet tgħid li ma kien hemm l-ebda theddida oħra għall-pubbliku.

L-uffiċjali kienu imsejħa sabiex jassistu fiż-żona ta’ Sighthill għall-ħabta tat-8.50 p.m. tal-Ġimgħa, fejn indarbu żewġt irġiel. Dawn ittieħdu bl-ambulanza lejn l-Isptar Royal Infirmary ta’ Edinburgh.

L-Assoċjazzjoni Skoċċiża tal-Moskej qalet li żewġ persuni li kienu għadhom kemm attendew għat-talb ġew aggreditit f’park wara li ħarġu mill-Moskea ta’ Broomhouse.

Aktar tard, il-pulizija rċeviet rapporti dwar inċidenti li seħħew madwar ħwienet fl-inħawi tal-punent u tat-tramuntana tal-belt. Il-korp tal-pulizija qal li f’dawn l-inċidenti, tlitt irġiel oħra allegatament ġew attakkati fiż-żoni ta’ Telford Road u Leith Walk.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport