Monday, May 6, 2024

Raġel arrestat b’rabta ma’ serq minn vetturi fil-Marsa

Aqra wkoll

Azzjoni immedjata mill-Pulizija fuq rapport ta’ serq minn vetturi fil-Marsa, wasslet għall-arrest ta’ raġel ta’ 22 sena. Il-każ seħħ aktar kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-04.45am.

Wara li l-Pulizija rċeviet informazzjoni dwar persuna suspettuża li qiegħda tipprova tisgassa xi vetturi fi Triq il-Ħaddiem, il-Marsa, il-Pulizija minnufih wettqet rondi fl-akwati fejn ġie nnutat raġel li jaqbel mad-deskrizzjoni mgħotija ftit qabel.

Huwa kien arrestat minnufih u waqt tfittxija fuqu instabu diversi oġġetti allegatament misruqa, flus kontanti kif ukoll ammont ta’ droga suspettata ħaxixa tal-cannabis, mqassma f’diversi pakketti.

Ir-raġel qed jinżamm arrestat, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport