Wednesday, March 27, 2024

Raġel arrestat b’rabta ma’ vjolenza domestika se jitressaq il-Qorti fil-ħin li ġej

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-Iskwadra tal-Pulizija ta’ Kontra l-Vjolenza Abbażi ta’ Ġeneru u Vjolenza Domestika, li bdiet topera mill-1 ta’ Ottubru, 2020, investigat b’suċċess rapport ta’ biża’ ta’ vjolenza u fastidju.

Ir-rapport sar minn mara ta’ 27 sena u l-ġenituri tagħha fil-konfront tas-sieħeb tagħha ta’ 29 sena. Ir-rapport kien jikkonsisti f’biża’ ta’ vjolenza kif ukoll fastidju fil-konfront tagħhom tul medda ta’ snin, kif ukoll sekwestru tal-mara.

Il-vittmi ġew akkumpanjati fid-Depot tal-Pulizija mill-uffiċjali tal-Iskwadra ta’ Kontra l-Vjolenza Abbażi ta’ Ġeneru u Vjolenza Domestika, fejn hemmhekk ingħataw l-attenzjoni kollha f’kamra apposta, mgħammra bil-faċilitajiet kollha meħtieġa.

L-allegat agressur ġie arrestat u mistenni jitressaq il-Qorti b’arrest iktar tard illum għall-ħabta ta’ nofsinhar, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Audrey Demicoli.

Ekonomija

Sport