Raġel ta’ 36 sena mis-Serbja, kien arrestat wara sorveljanza b’rabta ma’ allegat traffikar taddroga f’Birkirkara.
Waqt din is-sorveljenza, li saret matul il-ġurnata tal-bieraħ, il-Pulizija nnutaw persuna tavviċina vettura li fiha kien hemm s-Serb u wara li sar kuntatt suspettuż, huwa ġie arrestat.
Minn tfittxija li saret fil-vettura tiegħu, instabu numru ta’ qratas b’sustanzi suspettati kokaina, waqt li tfittxija li saret fir-residenza tiegħu nstabu qratas allegatament kannabis, kollha lesti għat-traffikar, b’valur fit-triq ta’ madwar €11,500, kif ukoll kien fil-pussess ta’ ammont ta’ flus kontanti.
Huwa mistenni jitressaq il-qorti llum, għall-ħabta tal-11:00 a.m., quddiem ilMaġistrat Dr Jean Paul Grech LL.D

