Thursday, June 25, 2026

Raġel arrestat fl-Ungerija wara li kien jisraq partijiet mill-iġsma tan-nies biex jikolhom

Aqra wkoll

Raġel ta’ 30 sena li kien jaħdem fi sptar fl-Ungerija ġie arrestat fuq suspetti li kien jisraq partijiet mill-iġsma tan-nies, jeħodhom id-dar, jiffriżhom biex imbagħad jikolhom.

Il-Pulizija qalu li fid-dar tiegħu sabu ħafna partijiet min-nies li jkunu ġew operaturi u hu kien jisraqhom.

Ir-raġel kien jaħdem mal-anzjani u ġie arrestat f’Budapest wara li l-awtoritajiet irċivew informazzjoni li fil-friża tax-xogħol kien qiegħed iżomm ħafna partijiet mill-iġsma tan-nies u jeħdhom id-dar.

Fil-friża kbira li kellu d-dar il-pulizija sabu anke sieq sħiħa u partijiet oħrajn min-nies. Meta ġie arrestat hu qal li kien qiegħed jagħmel hekk biex jistudja fuq l-iġsma, iżda affarijiet oħrajn li sabu fid-dar taw indikazzjoni ċara li hu kien isajjar l-istess laħam u jieklu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport