Raġel ta’ 26 sena residenti l-Mellieħa ġie ċertifikata li weġġa’ gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tal-11.00pm kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq l-Imdina.
Mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq Toyota IQ meta għal xi raġuni kellu mpatt ma’ Volkswagen Golf li kienet misjuqa minn raġel ta’ 21 sena residenti Ħaż-Żebbuġ. Dan tal-aħħar ma sofra l-ebda ġrieħi.
Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza fejn assistew lill-vittma u wara ttieħed għal aktar kura fl-Isptar Mater Dei.
Il-Protezzjoni Ċivili assistew ukoll f’dan l-inċident filwaqt li l-pulizija għadhom qegħdin jinvestigaw.

