Friday, April 19, 2024

Raġel arrestat ftit sigħat wara li ħaraq bieb ta’ residenza

Aqra wkoll

Raġel ta’ 23 sena, residenti Birkirkara, ġie arrestat ilbieraħ wara li fil-ġurnata ta’ qabel allegatament ħaraq bieb ta’ residenza privata fil-Ħamrun.

Nhar il-Ġimgħa li għadda għall-ħabta tal-5.15p.m. il-Pulizija tad-Distrett kienu infurmati li fi Triq Alexander kien hemm nirien ma’ bieb ta’ residenza li x’aktarx kien tqabbad minn xi persuni mhux magħrufa.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kkontrollaw in-nirien fi ftit ħin u ttieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji sabiex ma jkunx hemm aktar periklu, filwaqt li ġie kkonfermat li ma kienx hemm persuni fir-residenza.

Il-Maġistrat tal-Għassa, Caroline Farrugia Frendo kienet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

Investigazzjonijiet intensivi mill-Arsons Unit fi ħdan l-Iskwadra tar-Reati Maġġuri flimkien mad-Distrett tal-Ħamrun, wasslu għall-arrest ta’ dan ir-raġel.

Huwa mistenni jitressaq il-Qorti llum għall-ħabta tal-11.30a.m. quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Rachel Montebello.

Sport