Wednesday, April 24, 2024

Raġel ta’ 23 sena jammetti li ħaraq bieb ta’ residenza

Aqra wkoll

Raġel ta’ 23 sena, li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, inżamm arrestat wara li ammetta li jumejn ilu ħaraq bieb ta’ residenza privata fil-Ħamrun waqt li kien taħt ordni ta’ probation.

Huwa tressaq il-qorti llum quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Rachel Montebello.

Nhar il-Ġimgħa li għadda għall-ħabta tal-5.15p.m. il-Pulizija tad-Distrett kienu infurmati li fi Triq Alexander kien hemm nirien ma’ bieb ta’ residenza.

Waqt is-seduta tal-Qorti ntqal li hekk kif marrru fuq il-post, il-Pulizija xammet riħa ta’ fuel. B’dan il-mod, il-każ ġie trattat bħala wieħed ta’ ħruq b’intenzjoni.

Il-Prosekuzzjoni qalet li r-raġel ma jaħdimx, m’għandux saqaf fuq rasu u għandu l-vizzju tad-droga. Inqtal ukoll li kkopera mal-pulizija.

Is-sentenza mistennija tingħata għaxart ijiem oħra.

Sport