Aktar kmieni llum, għall-ħabta tal-10:00 a.m., il-Pulizija ġiet infurmata
b’inċident tat-traffiku fi Triq Buqana, ir-Rabat.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li għal xi raġuni inqaleb trakk tal-għamla DAF CF li kien misjuq minn raġel ta’ 35 sena residenti Marsaskala.
Is-sewwieq ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u ta’ Transport Malta marru minnufih fuq ilpost fejn bdew il-proċess sabiex jitneħħa kull periklu mit-triq filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.