Monday, December 16, 2024

Raġel bi ġrieħi gravi wara li nqaleb bit-trakk fil-Qala Għawdex

Aqra wkoll

Raġel ta’ 49 sena mill-Ghana qed isofri minn ġrieħi gravi, wara li dalgħodu għall-ħabta tal-11:15 a.m kien involut f’inċident ġewwa residenza privata fi Triq l-Imġarr, il-Qala.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ illi sar rriżulta li l-vittma kien qed jagħmel xi xogħol permezz ta’ dumper truck fil-ġnien tar-residenza, tilef ilkontroll u nqaleb.

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza għal kura meħtieġa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija, flimkien mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post taxXogħol għadhom għaddejjin.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport