Raġel ta’ 42 sena resdenti r-Rabat qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi, wara li aktar kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-10:00 a.m fi Triq l-Ispiera fis-Swieqi.
Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li l-vittma waqa’ minn kaxxa ta’ vann tat-tip Layland DAF.
Tim mediku assista lir-raġel u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.