Raġel bi ġrieħi serji wara waqgħa fix-Xagħra Għawdex

Aqra wkoll

Illum, għal xi l-10.30am, il-Pulizija ġiet mitluba tassisti fi Triq it-Tiġrija, ix-Xagħra, Għawdex.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li Albaniż ta’ 28 sena u residenti r-Rabat, Għawdex, waqa’ madwar sular u nofs waqt li kien qiegħed jaħdem.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Ġenerali t’Għawdex sabiex jingħata l-kura meħtieġa, fejn ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi serji. Aktar tard ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ħelikopter għal aktar assistenza medika.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Dr Monica Vella LL.D li fetħet inkjesta.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija, flimkien mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol u l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni għadhom għaddejjin.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport