Sunday, December 22, 2024

Raġel fil-periklu tal-mewt wara li baqa’ dieħel f’propjetà privata fil-Furjana bil-karozza

Aqra wkoll

Raġel ta’ 55 sena residenti Ħaż-Żebbuġ Għawdex jinsab fil-periklu tal-mewt wara li aktar kmieni dalgħodu għall-ħabta tat-8: 15 a.m kien involut f’inċident fi Triq l-Imħażen fil-Furjana.

Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li r-raġel tilef il-kontroll tal-vettura Smart li kien qed isuq u kellu impatt ma’ propjetà privata.

Huwa ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Ekonomija

Sport