Wednesday, May 15, 2024

Aaron Farrugia jinħatar bħala Rappreżentat Permanenti tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali

Aqra wkoll

Id-deputat Aaron Farrugia għadu kif inħatar bħala Rappreżentant Permanenti tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali, magħrufa aħjar bħala IMO. Dan intlaqa tajjeb ferm mill-Malta Maritime Forum. 

Dan hekk kif fi stqarija mibgħutha MMF, din qalet li għandha fiduċja f’Dr. Farrugia u sostniet li huwa kandidat ideali biex jirrappreżenta l-interessi marittimi ta’ pajjiżna. 

Iċ-chairman u l-bord tal-MMF feraħ lil Dr Farrugia għal din il-ħatra prestiġġjuża. Huwa qal li jħares ‘il quddiem biex jikkollabora u jikkonsulta miegħu fil-kariga l-ġdida.

Sport