Saturday, December 14, 2024

Raġel fil-periklu tal-mewt wara li nqabad bejn żewġ vetturi fil-Gudja

Aqra wkoll

Raġel ta’ 29 sena residenti Birżebbuġa jinsab fil-periklu tal-mewt wara li lbieraħ għall-ħabta tal-7:45 a.m, kien involut f’inċident tat-traffiku fDawret il-Gudja fil-Gudja

Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Skoda Fabia misjuqa minn raġel ta’ 50 sena residenti l-Gudja u Ford Fiesta, li f’dak il-ħin kienet wiefqa fil-ġenb tat-triq b’puncture.

Fil-ħin tal-impatt, raġel ta’ 29 sena residenti Birżebbuġa weġġa’ wara li nqabad bejn iż-żewġ vetturi.

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport