Sunday, December 22, 2024

Raġel fil-periklu tal-mewt wara li qala’ daqqiet ta’ sikkina f’Bormla

L-allegat aggressur arrestat

Aqra wkoll

Raġel ta’ 33 sena u jgħix Bormla jinsab arrestat b’rabta ma’ allegat aggressjoni li ħalliet raġel ta’ 35 sena, residenti Bormla wkoll, bi ġrieħi serji kawża ta’ daqqiet ta’ arma li taqta’ u bil-ponta.

Kienu għall-ħabta tal-10.00am, x’ħin il-vittma, mimli dmija, daħal fl-Għassa ta’ Bormla u stqarr li kien għadu kif ġie aggredit. Minnufih intalbet l-assistenza medika, fejn huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li l-allegat aggressjoni saret f’residenza fi Triq il-Madonna tal-Grazzja, Bormla. Il-Pulizija marret fuq il-post fejn hemmhekk sabet lill-allegat aggressur, ġie arrestat u qiegħed jinżamm għal aktar stħarriġ.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Gabriella Vella LL.D li fetħet inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport