Raġel ta’ 69 sena residenti ż-Żejtun jinsab fil-periklu tal-mewt wara li aktar kmieni llum għall-ħabta tal- 12:00 p.m waqa’ għoli ta’ madwar sular minn fuq sellum.
L-inċident seħħ f’residenza privata fi Triq il-Qadi fiż-Żejtun
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar għall-kura meħtieġa
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.