Sunday, December 22, 2024

Raġel fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ taraġ f’Kerċem

Aqra wkoll

Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara li lbieraħ għall-ħabta tas-7.30pm il-Pulizija ġiet infurmata li ddaħħlet persuna l-isptar f’Għawdex, issofri minn ġrieħi serji.

Minn investigazzjoni li saret irriżulta li ftit qabel, raġel ta’ 63 sena waqa’ waqt li kien tiela t-taraġ tar-residenza tiegħu fi Triq il-Gamiem, Kerċem.

Tim mediku assista lill-vittma u minnufih ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Dr Simone Grech LL.D, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Ekonomija

Sport